Vann li nqaleb fil-limiti ta’ Triq l-Imdina Qormi aktar kmieni dalgħodu wassal biex inħolqot konġestjoni tat-traffiku fiż-żona.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li s-sewwieq tal-vann li kien qiegħed jinstaq fl-imsemmija triq direzzjoni lejn l-Imrieħel għal xi raġuni tilef il-kontroll, qabad ċint u sussegwentament spiċċa nqaleb fuq il-ġenb.
Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident għalkemm xi karozzi li kienu pparkjati taħt il-ħajt sofrew xi ħsarat.
Il-Pulizija flimkien ma’ uffiċjali minn Transport Malta għaddejjin b’ħidma biex ineħħu l-vann filwaqt li jidderiġu t-traffiku fl-akwati.