Saturday, May 18, 2024

“Ara vera destin għax faċilment stajt mitt taħt siġra” – Maria Muscat

Aqra wkoll

“Illum ngħodda b’waħda għax setgħet kienet tal-aħħar u kont inkun aħbar.”

Hekk kitbet dalgħodu l-ġurnalista u l-personalità maħbuba Maria Muscat La Barokka wara esperjenza li seta’ kellha konsegwenzi koroh.

Dan hekk kif ftit minuti biss qabel ma għaddiet minn taħtha, waqgħet parti minn siġra enormi ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.

“Kont nitgħaffeġ taħtha żgur. Għal ftit ma tkissirx ġo fiha imma ħadt break qawwi. Il-Mulej żammni hawn. Ara vera destin għax faċilment stajt mitt taħt siġra,” kitbet Maria.

Fiilwaqt li awgurat il-jum it-tajjeb lil kulħadd, hija appellat biex kulħadd ikun moħħu hemm.

Hija temmet b’messaġġ ta’ ringrazzjament hekk kif raġel barrani ħareġ bit-torċ biex il-karozzi li kienu ġejjin warajha ma jidħlux ġo fiha.

Sport