Dan is-sit jinsab infurmat li matul is-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, għall-ħabta tal-3:45 a.m., vettura nħakmet min-nirien fi Triq in-Nadur, Wied il-Għajn.
Kelliem għall-Pulizija kkonfermalna li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għan-nirien.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-protezzjoni ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.