Saturday, November 16, 2024

ARA: Waħda mill-klieb ikkonfiskati mir-residenza ta’ Galea kienet irrappurtata nieqsa fi Frar

Is-sid tagħha kkuntattjat mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali biex jiġborha

Aqra wkoll

Wara li ġew ikkonfiskati tmint iklieb b’rabta mal-każ li seħħ nhar it-Tlieta 18 ta’ April, 2023 fl-Imsida, ġie identifikat sid kelb minnhom, il-kelba Blue. Jirriżulta li s-sid kien ilu jfittex il-kelba għal numru ta’ ġimgħat.

Is-sid qal li l-kelba kienet qiegħda f’razzett u fl-10 ta’ Frar ħarbet ma’ xi annimali oħra wara inċident li ma kellhomx kontroll fuqu.

“Qbadna kollox imma lilha ma stajna nsibuha minn imkien … Li kien hemm bżonn għamilt imma ma stajt insibha mkien … illum irċevejt it-telefonata li qiegħda hawnhekk u qaluli biex niġi naraha”. Iddikjara dan is-sid tal-kelba filwaqt li ddeskriva l-emozzjonijiet mħallta li ħass kif raha.

Huwa kompla biex jgħid li l-kelba trabbiet miegħu minn meta kienet ġerwa daqs naqra tant li jistmaha daqslikieku tarbija.

Ekonomija

Sport