Wednesday, December 25, 2024

ARA: Xufier ta’ tal-linja u passiġġiera l-Isptar wara ħabta fil-Marsa

Aqra wkoll

Żewġ persuni kellhom jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika wara inċident tat-traffiku fi Triq Diċembru 13 direzzjoni lejn il-Belt Valletta.

Mill-ewwel stħarriġ illi sar irriżulta li fl-inċident kienu involuti trailer misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti Pembroke, karozza tal-linja misjuqa minn Indjan ta’ 28 sena residenti Ħal Qormi u karozza Nissan Qashqai misjuqa minn mara ta’ 50 sena.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-karozza tal-linja u tfajla ta’ 20 sena residenti l-Gżira – li kienet fost il-passiġġieri – lejn l-Isptar għal iktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħhom. Kemm ix-xufier tat-trailer kif ukoll is-sewwieq tal-karozza l-oħra fortunatament ma sofrew l-ebda ġrieħi

Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija, dawk minn Transport Malta u oħrajn mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn tal-aħħar kellhom ixerrdu xi ramel minħabba xi tixrid ta’ żjut kaġun tal-istess inċident.

Aktar informazzjoni dalwaqt…

Ekonomija

Sport