Saturday, December 28, 2024

ARA: żewġ barranin l-isptar wara ġlieda bejn grupp ta’ persuni fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li Sirjan ta’ 23 sena li joqgħod il-Marsa u ieħor ta’ 37 sena li joqgħod il-Mosta kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei minħabba li sofrew xi ġrieħi wara argument li nqala’ fil-Ħamrun. 

Ir-raġel ta’ 23 sena ġarrab ġrieħi ħfief filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel l-ieħor għadha mhix magħrufa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:00 p.m. fi Triq il-Kbira San Ġużepp, qrib l-għassa tal-Ħamrun. 

Jidher li l-argument żviluppa bejn żewġ persuni li aktar tard eskala minħabba li daħlu l-qraba tagħhom. 

Filmat: Sandra Bugeja

Filmat li ċċirkola fuq il-mezzi tax-xandir wera grupp ta’ persuni jiġġieldu f’din it-triq prinċipali u anke jintużaw allegatament oġġetti ibsin. Jidher ukoll li f’din il-ġlieda kienu involuti madwar 20 persuna. 

 Il-pulizija kompliet għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ fejn nifhmu li anke kellmet xi persuni involuti. 

Filmat: Roger Azzopardi
Ekonomija

Sport