Saturday, October 26, 2024

ARA: Żewġ persuni salvati wara li ċeda pont fin-Norveġja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġ persuni ġew salvati wara li ċeda bihom pont li jaqsam xmara fin-nofsinhar tan-Norveġja.

Il-każ seħħ kmieni t-Tnejn filgħodu meta l-pont ċeda waqt li minn fuqu kienu għaddejjin trakk u karozza. Filwaqt li t-trakk nqabad f’parti mill-pont li baqgħet imdendla, il-karozza spiċċat fl-ilma.

Ix-xufier tat-trakk ġie salvat b’ħelikopter li ntbagħat fuq il-post waqt li s-sewwieq tal-karozza rnexxielu joħroġ waħdu.

Il-pont li ġie inawgurat fl-2012 huwa twil madwar 150 metru u jgħaqqad in-naħa tax-xmara ta’ Gudbrandsdalslaagen u l-villaġġ ta’ Tretten.

Is-sindku tal-lokal Jon Halvor Midtmageli sejjaħ is-sitwazzjoni bħala waħda katastrofika u nnota l-fatt li l-pont għad għandu biss ftit snin.

Il-Federazzjoni tal-Karozzi Norveġiża qalet li l-pont ġie ċċekkjat fl-2021 u esprimiet it-tħassib tagħha dwar is-sigurtà ta’ dawn il-pontijiet.

Sport