Wednesday, October 30, 2024

ARA: Żewġ uffiċjali mweġġa’ wara attakk terroristiku fit-Turkija

Aqra wkoll

Splużjoni li seħħet barra l-Ministeru tal-Intern tat-Turkija fil-kapitali, Ankara, kienet fil-fatt “attakk terroristiku”. 

Qal dan il-Ministru tal-Intern tat-Turkija Ali Yerlikaya li spjega kif żewġ persuni kienu waslu f’vettura kummerċjali għall-ħabta tad-9.30 a.m. u wettqu l-attakk li fih weġġgħu żewġ uffiċjali.

Wieħed mill-allegati aggressuri sploda lilu nnifsu quddiem bini tal-ministeru u ieħor twaqqaf fil-ħin. 

L-isplużjoni seħħet sigħat biss qabel ma kellu jerġa’ jiltaqa’ l-parlament. Mhux ċar min kienu dawn l-aggressuri u sa issa ħadd għadu ma ħa responsabilità tal-attakk.

L-ewwel rapporti fil-midja dwar l-isplużjoni kienu jgħidu wkoll li nstemgħu xi tiri fl-inħawi ta’ fejn seħħ il-każ. Fuq il-post minnufih marru s-servizzi tal-emerġenza, bil-pulizija jimblokkaw diversi toroq tal-madwar.

“Il-ġlieda tagħna se tkompli sakemm l-aħħar terrorist jiġi newtralizzat,” kiteb is-Sur Yerlikaya fuq il-midja soċjali.

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan kellu jitkellem fil-ftuħ tas-sessjoni parlamentari, li trid tivvalida d-dħul tal-Iżvezja fin-NATO.

Sport