Sunday, November 24, 2024

ARA: Żieda ta’ 200 elf persuna li wżaw it-trasport pubbliku bil-baħar

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru u mexxej Laburista qal li fl-aħħar xhur minduq is-servizz tat-trasport pubbliku bil-baħar sar mingħajr ħlas kien hemm żieda ta’ 200 elf persuna li għamlu użu minnu.

YouTube video

Dr Abela l-Ħadd filgħodu poġġa fl-uffiċċini tal-Malta Daily fejn wieġeb għal numru ta’ domandi diretti mill-pubbliku fuq il-midja soċjali. Il-Prim Ministru wieġeb numru ta’ mistoqsijiet u anke seta’ jispjega aħjar il-ħidma li saret mill-Gvern u dak li hemm ippjanat li jsir.

Waħda mill-mistoqsijiet kienet dwar l-akkomodazzjoni affordabbli li hija lil hinn minn dik soċjali. Il-Prim Ministru semma fost l-oħrajn skema li nieda l-Gvern permezz tal-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli li biha qed jiġu mejjuna persuni li jinsabu fil-klassi medja biex anke huma jkunu jaffordjaw li jixtru post t’akkomodazzjoni.

Waħda mill-mistoqsijiet kienet dwar l-akkomodazzjoni affordabbli li hija lil hinn minn dik soċjali. Il-Prim Ministru semma fost l-oħrajn skema li nieda l-Gvern permezz tal-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli li biha qed jiġu mejjuna persuni li jinsabu fil-klassi medja biex anke huma jkunu jaffordjaw li jixtru post t’akkomodazzjoni.

Il-Prim Ministru sostna li “LoanUp hija skema li saret bejn il-Fondazzjoni li għadni kif semmejt flimkien mal-Bank APS li permezz tagħha se jkun qed jingħata loan għal min jikklassifika għall-Housing Affordabbli, il-persentaġġ tal-imgħax se jkun qed jiġi merfugħ, jiġifieri parti minnu, ir-rata discounted għal dak li huma mal-bank, il-fondazzjoni se tkun qed tagħmel tajjeb għal dak id-discount mal-bank, jiġifieri min se jkun qed jissellef, iż-żgħażagħ tagħna se jkunu qed jibbenefikaw minn loan b’discount li huwa baxx u li umbagħad dik il-loan għadnha t-tieni vantaġġ li tikkwalifika għal loan li hija ħafna ikbar.”

Ma setax jonqos li waħda mill-udjenza ssaqsi dwar it-trasport f’pajjiżna u anke l-bżonn tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ trasport effiċjenti u sostenibbli.

Dr Abela qal li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar l-aqwa użu tat-toroq tagħna u dan jorbot sew mal-investimenti infrastrutturali li saru. “Servizzi, insemmi deliveries, insemmi ġbir tal-iskart, li jistgħu jsir f’ħinijiet li ma jkunu jaħbtu fil-ħinijiet tal-iskola, fil-ħinijiet tax-xogħol tan-nies, għandhom jibqgħu jsiru u jiġu pprovduti f’dawk is-sigħat ta’ filgħodu jew ta’ wara nofsinhar jew għandna nutilizzaw iżjed is-sigħat ta’ filgħaxija biex jiġu pprovduti fihom servizzi li huma essenzjali għall-pajjiż?,” sostna l-Prim Ministru.

Dwar l-ODZ l-Prim Ministru mill-ġdid tenna dak li ilu jgħid li deċiżjonijiet favur żvilupp m’għandux jiġi f’kompetenza tal-politiċi biex b’hekk kulħadd ikollu moħħu mistrieħ li fejn hu ODZ jibqa’ hekk. “Ftit ilu kellna applikazzjoni għal Supermarket f’San Ġwann f’area ODZ. Ma flaħtx ma nikkumentax mill-ewwel għax meta jkollok dak it-tip ta’ applikazzjonijiet li huma non-starter, li ma jagħmlu ebda sens mill-aspett ta’ ppjanar, ma jikkonformax ma’ liġijiet ta’ ppjanar, lil min qed jaħseb biex idaħħal dawk it-tipi ta’ applikazzjonijiet, ngħidlu ddaħħalhomx mill-ewwel,” kompla jgħid Dr Abela.

Meta ġie mistoqsi dwar il-popolazzjoni, Dr Abela qal li din hija realtà ta’ riżultat tat-tkabbir ekonomiku,, filwaqt li rrefera għal ħidma li diġà saret fosthom regoli ġodda ħat-Temping Agencies, li jġibu l-ħaddiema minn barra l-pajjiż, fejn illum huma strettament regolamentati.

Qal li l-Gvern xorta waħda ma waqafx hemm hekk kif fi żmien li ġej se jkun qiegħed jidħol qafas regolatorju ġdid taħt l-aġenzija JobsPlus. “Jidħlu biss dawk il-ħaddiema li s-suq tax-xogħol jeħtieġ ġewwa pajjiżna filwaqt li nibqgħu ninvestu f’niċeċ ekonomiċi li jagħmlu piż mill-inqas fuq l-infrastruttura tagħna jiġifieri f’dawk in-niċeċ ekonomiċi bħal-użu tar-robotika, l-użu tal-AI huwa wieħed li jissostitwixxi ħafna u ħafna ħaddiema li dan il-pajjiż jista’ jgħaddi mingħajrhom,” temm jgħid il-Prim Ministru.

Sport