Żiemel miet mad-daqqa wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:30 p.m kien involut f’inċident ma’ karozza fi Triq il-Buskett Ħad-Dingli.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żiemel kien sfratta fl-imsemmija triq u baqa’ dieħel fuq in-naħa ta’ wara ta’ karozza fl-imsemmija triq.
Fuq il-post issejjaħ veterinarju mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali iżda sfortunatament iż-żiemel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Issejħu l-Pulizija li bdew minnufih bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident u dderiġew it-traffiku fiż-żona sakemm seta’ jitneħħa ż-żiemel.