Saturday, December 28, 2024

Arċisqof prominenti fil-Vatikan fil-mira ta’ kritika wara retweet ta’ ritratt li juri lil adulti u tfal għarwenin

Aqra wkoll

Arċisqof prominenti fil-Vatikan spiċċa f’nofs kontroversja kaġun ta’ tweet li fih jidhru raġel u mara għarwenin imdawrin bi tfal ukoll bla ħwejjeġ. 

Paglia għamel retweet ta’ post li oriġinarjament ittellgħet mill-Istitut Ġwanni Pawlu II.

Il-post oriġinali kienet parti minn promozzjoni ta’ programm li tirrigwardja lid-direttur tal-films Alessandro D’Alatri.

L-Arċisqof Vincenzo Paglia diġà kien spiċċa fil-mira ta’ kritika ħarxa b’rabta ma’ pitturi erotiċi fuq il-ħajt kkummissjonat fil-Katidral ta’ Terni-Narni-Amelia. It-tpinġijiet juru lil Ġesù jġorr xbieki lejn il-ġenna mimlijin b’persuni omosesswali għarwenin, transesswali, prostituti u raffikanti ta’ droga, li qed jinteraġixxu ma’ xulxin b’mod erotiku.

Paglia kien iddefenda t-tpinġijiet fejn qal li dawn iservu bħala “għodda evanġelika”.

Ekonomija

Sport