Sunday, March 22, 2026

Arctic Metagaz se jiġi rmunkat lejn il-Libja

Aqra wkoll

It-tanker Russu Arctic Metagaz li fit-3 ta’ Marzu seħħ attakk fuqu, se jiġi rmunkat lejn il-Libja u dan wara deċiżjoni li ttieħded mill-Awtoritajiet Libjani u s-sidien tal-istess tanker.

It-tanker kien qiegħed iġorr madwar 700 tunnellata ta’ fjuwil u LNG fejn kien telaq mir-Russja lejn l-Eġittu.

Abbord il-bastiment kien hemm 30 membru tal-ekwipaġġ li kollha ġew salvati u t-tanker ġie abbandunat bejn Malta u l-Libja. Għal xi ħinijiet il-ġimgħa li għaddiet it-tanker kien jinsab madwar 50 mil nawtiku ‘l barra minn Malta fejn anke kien hemm biża’ li dan kien se jispiċċa fil-kosta Maltija.

Nhar is-Sibt li għadda, il-Koperazzjoni Nazzjonali taż-Żejt Libjana (NOC) ħabbret li se tkun qiegħda taħdem mal-kumpanija Taljana Eni biex twasal fejn it-tanke u b’hekk jinġibed lejn il-kosta Libjana.

“Se jkun qiegħed jiġi rmunkat lejn wieħed mill-portijiet Libjani b’kordinazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet konċernati,” qalet l-NOC.

Id-Dipartmenti tal-Protezzjoni Ċivili Taljana nhar is-Sibt qal li t-tanker kien jinsab fl-ibħra internazzjonali, iżda fiż-żona tat-tfittxi u salvataġġ Libjana. Qalet ukoll li l-operazzjoni biex jiġi rmunkat it-tanker se tkun waħda kumplessa ħafna minħabba l-ħsarat kbar li għandu kważa tal-attakk.

Dwar it-tanker Actic Metagaz ir-Russja kienet ħarġet stqarrija fejn Maria Zakharova kelliema għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu kienet qalet li  “wara l-attakk terroristiku bla preċedent fit-3 ta’ Marzu li involva dgħajjes u drones mingħajr ekwipaġġ qrib ix-xtut ta’ Malta, it-tanker tal-LNG Arctic Metagaz, li jtajjar bandiera Russa, bħalissa jinsab fil-baħar Mediterran.”

Tenniet li “l-bastiment m’għandux ekwipaġġ, għax l-ekwipaġġ ġie evakwat wara l-attakk, b’assistenza medika ta’ emerġenza pprovduta lil żewġ baħrin. Il-bastiment sofra ħsara sinifikanti.”

Iddikjarat li “fil-ħin tal-abbandun, it-tankijiet tal-bunkers kien fihom madwar 450 tunnellata ta’ heavy fuel oil u 250 tunnellata ta’ diżil kif ukoll kwantità sostanzjali ta’ gass naturali. Bħala Stat tal-bandiera responsabbli, ir-Russja qed issegwi s-sitwazzjoni mill-qrib. Is-sid tal-bastiment qed isegwi it-tanker. L-awtoritajiet Russi għadhom f’kuntatt mas-sid tal-bastiment u l-aġenziji barranin rilevanti. 

“Dispożizzjonijiet legali internazzjonali applikabbli għas-sitwazzjoni attwali jassenjaw ir-responsabbiltà lill-Istati kostali – l-hekk imsejħa stati affettwati – biex tkun riżolta il-kwistjoni tal-bastiment li qed jittajjar u biex ma jseħħx diżastru ambjentali. L-involviment ulterjuri tas-sid tal-bastiment u r-Russja, bħala l-istat tal-bandiera, jiddependi fuq ċirkostanzi speċifiċi. Nistennew il-klassifikazzjoni legali tal-inċident li jinvolvi t-trasportatur tal-gass mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi Russi. Sussegwentament, se nikkunsidraw passi addizzjonali, inkluż fil-qafas tal-liġi internazzjonali.”

Intant il-Prim Ministru Robert Abela wkoll kien aġġorna l-Parlament dwar l-aħħar dak li kien seħħ fejn anke kien informa b’dak kollu lill-Oppożizzjoni. Il-Prim Ministru Abela kien tenna li dan l-attakk kien seħħ ‘il barra mill-baħar Malti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport