Monday, December 23, 2024

Arġentina u Franza jimmiraw li jirbħu t-Tazza tad-Dinja għat-tielet darba

Aqra wkoll

Illum fil-Lusail Stadium tiġi fi tmiemha t-22 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja hekk kif tintlagħab il-fina­lissima bejn l-Arġentina u Franza fejn iż-żewġ timijiet jimmiraw li jirbħu dan l-unur tant prestiġjuż għat-tielet darba, bil-Franċiżi jimmiraw ukoll jirbħu t-Tazza għat-tieni darba konsekuttiva.

Għajnejn id-dinja se jkunu fuq iż-żewġ players ta’ Paris St-Germain … iżda din id-darba se jkunu fuq in-naħa opposta … l-Arġentin Lionel Messi u l-Franċiż Kylian Mbappe.

Interessanti huwa l-fatt li jinsabu f’taqtiegħa bej­niethom li minbarra li jridu jgħinu lit-team tagħhom biex joħroġ rebbieħ … hemm żewġ unuri persona­li – dak tal-aqwa player tat-tournament kif ukoll tal-aqwa skorer meta jinsabu fil-quċċata ta’ din il-lista b’sitt goals kull wieħed.

on

Huma jinsabu segwiti mill-Arġentin Julian Alvarez u l-Franċiż Olivier Gi­roud, b’ħames goals.

Biex ikkwalifikaw għall- finali, l-Arġentini għelbu lill-Kroazja bl-iskor ta’ 3-0.

Fil-veritá kien penalty dubjuż li witta t-triq għal din ir-rebħa meta Messi skorja mill-11-il metru.

Kien goal li ddemoralizza lill-Kroati, bl-Albiceleste jieħu l-inizjattiva bil-konsegwenza li ddominaw sal-aħħar.

It-tielet goal wasal minn azzjoni kapolavur ta’ Messi li f’dan it-tournament laħaq l-ogħla livell tal-logħba tiegħu u qed ikun l-ispiraz­zjoni għal sħabu.

Min-naħa tal-Franċiżi, għelbu lill-Marokk bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ goal f’kull taqsima. Huma skor­jaw wara ħames minuti minn Theo Hernandez biex il-Marokkini kellhom jib­dlu t-tattika tagħhom u kien avversarji denji speċjalment fit-tieni taqsima meta żiedu l-pressjoni tagħhom.

Iżda grazzi għal azzjoni personali ta’ Mbappe, is-sositut Randall Mono Kuani ta d-daqqa mortali lill-Marokkini.

L-Arġentina se jkunu msaħħa bir-ritorn taż-żewġ difensuri  Marcos Acuna u Gonzalo Montiel minn sos­pensjoni.

Angel Di Maria, li ma ġiex utlizzat kontra l-Kroazja, mistenni jieħu post Julian Alvarez, għal sistema tattika ta’ 4-3-3.

Għall-Franċiżi mistennija jirritornaw id-difensur Dayot Upamecano u l-midfielder Adrien Rabiot, li ma lagħbux fis-semi-finali minħabba influwenza.

Min-naħa l-oħra, Ibrahima Konate u Raphael Va­rane kienu ma jifilħux u ma niżlux għat-taħriġ.

Ir-referee se jkun il-Pollakk Szymon Marciniak.

Ekonomija

Sport