Aktar kmieni
Raġel ta’ 53 sena mill-Bidnija nqatel wara ħabta li waslet għal sparatura fil-Bidnija stess.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.00am, fi Triq il-Konkos.
Dan hu l-ewwel omiċidju għal din is-sena
Aktar kmieni: ARGUMENT WARA ĦABTA JWASSAL GĦAL SPARATURA FIL-BIDNIJA
Kien għall-ħabta tat-8.00am meta uffiċjali tal-Pulizija ġew informati li kien seħħ argument wara ħabta u dan wassal għal sparatura fil-Bidnija fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar.
Dan is-sit jinsab informat li fuq il-post marru uffiċjali tal-LESA u kien hawn li allegatament persuna spara fuq persuna oħra.
L-allegat agressur ġie arrestat.
Aktar dettalji kif jaslulna.