Saturday, December 28, 2024

Arja kundizzjonata mixgħula fuq tal-linja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-arja kundizzjonata fuq it-trasport pubbliku reġgħet bdiet tinxtegħel b’effett immedjat wara istruzzjonijiet mill-awtoritajiet.

Malta Public Transport ħadet numru ta’ miżuri biex tiżgura l-prekawzjonijiet kollha fuq tal-linja, fosthom il-bdil tal-filtri tas-sistema tal-arja fuq il-vetturi kollha, billi ġew installati filtri b’aktar effiċjenza. Dawn il-filtri qed jibqgħu jiġu mnaddfa regolarment.

Minnbarra dan, il-kanali tal-arja fuq il-karozzi tal-linja kollha qed jiġu ffumigati b’mod speċjali fi tmiem il-ġurnata.

L-arja li tkun qed tiċċirkola fuq il-vetturi qed tinbidel wkoll mill-inqas tmien darbiet kull siegħa waqt il-vjaġġi regolari. Filtri apposta qed jippurifikaw l-arja fil-karozza tal-linja waqt li sistema esterna tissupplixxi arja friska kontinwament. It-twieqi u l-bibien qed jinżammu magħluqa tul il-vjaġġi biex is-sistemi tal-arja kundizzjonata jkunu jistgħu jiffunzjonaw kif suppost.

Malta Public Transport tfakkar lill-passiġġiera li għandhom jilbsu il-maskra tul il-vjaġġ kollu fuq tal-linja.

Ekonomija

Sport