Juventus ħabbru l-firma tal-attakkant Pollakk, Arkadiusz Milik, b’self mingħand Olympique Marseille.
Din se tkun it-tieni avventura ta’ Milik li jilgħab fil-Kampjonat Taljan meta bejn l-2016 u 1-2022 lagħab ma’ Napoli … fejn skorja 48 goals f’122 partita.
Kien f’dak iż-żmien meta l-karriera ta’ Milik għaddiet minn kriżi minħabba injury. F’Ottubru 2016, huwa sofra injury fil-ligamenti tal-irkoppa waqt logħba għall-Polonja kontra d-Danimarka. Sa dakinhar, kien skorja seba’ goals f’disa’ logħbiet għan-Naplitani.
Iżda wara li rkupra minn din l-injury, dan il-player ta’ 28 sena beda juri l-aqwa tiegħu u beda jispikka għal Napoli … fejn ġibed l-interess tal-club Franċiż, Olympique Marseille. Magħhom lagħab 55 partita li fihom skorja 30 goals.
Fil-karriera tiegħu, Milik lagħab ukoll ma’ Gornik Zabrze, Bayer Leverkusen, Augsburg u Ajax.