L-attakkant internazzjonali Pollakk Arkadiusz Milik tkellem dwar kemm jinsab għal qalbu ma’ Juventus. Dan tal-aħħar sostna li kien ilu jaħsibha sabiex imur mal-Bianconeri u fl-istaġun li għadda din il-ħolma saret realta’.
Milik sostna li l-flokk Bianconero għandu piż kbir u dejjem jipprova jonorah bl-aħjar mod possibbli. Minkejja li t-tim ma kellux staġun faċli, il-plejers ħadmu katina u hu jinsab ċert li dan l-istaġun se jkunu aħjar.