Aros Line u Eadshot Josselyn kienu r-rebbieħa taż-żewġ tiġrijiet ewlenin li saru l-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Premier u għamlu parti mit-43 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m.
Fl-ewwel tiġrija tal-aqwa klassi, Marvic Bugeja poġġa lid-Daniż Aros Line quddiem sa mill-bidu nett tat-tiġrija. Dan żamm l-ewwel post tul id-distanza biex faċilment b’tul u nofs akkwista l-ewwel rebħa f’Malta mill-ġdid Franċiż Carat Gede (Mario Fenech) u d-debuttant Ellington Dream (Noel Baldacchino). Djembe Du Pont (Marius Mizzi) akkwista r-raba’ pożizzjoni. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.15.8” fil-kilometru.
Simili kienet it-tieni tiġrija mill-istess kategorija, bil-ġdid minn Franza Eadshot Josselyn (Rodney Gatt) jiddomina tul id-distanza biex akkwista l-ewwel rebħa fl-ewwel dehra minn Pokemon As (Jean Paul Polidano), Aster Des Caillons (Charles Degiorgio) u Antoine Du Bourg (Redent Magro). L-ewwel rebħa fi xtutna taż-żiemel ta’ Gatt waslet f’medja ta’ 1.13.9” fil-kilometru.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Friend (N. Azzopardi) Ħin – 2.49.7” (1.19.3”) 2. Henzo De Perthuis (R. Gatt) 3. Dennis Rose P.J. (M. Debono) 4. Casper Du Valo (D. Baldacchino)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fine Delo (N. Baldacchino) Ħin – 2.46.7” (1.18”) 2. Gabin De See (C. Camilleri) 3. Sharif America (M. Sammut) 4. Double Sans Faute (M. Desira)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gosse Fredano (N. Barbara) Ħin – 2.44.7” (1.17”) 2. Pure Islet (K. Saliba) 3. Casanova Blue (I. Galea) 4. Denver Haufor (E. Ciantar)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Apache Reyor (Ch Degiorgio) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Prinsen One (M. Farrugia) 3. Facto Turgot (D. Casha) 4. Caid Sly (L. Ghigo)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Diego Du Coudou (R. Gatt) Ħin – 2.40.3” (1.14.9”) 2. Durfan (C. Camilleri) 3. Drop De Corday (J.C. Pace) 4. Denka Du Frau (R. Magro)
VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Aros Line (M. Bugeja) Ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Carat Gede (M. Fenech) 3. Ellington Dream (N. Baldacchino) 4. Djembe Du Pont (M. Mizzi)
VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ami De Clerlande (N. Baldacchino) Ħin – 2.40.4” (1.14.9”) 2. Brin De Noblesse (T. Tanti) 3. Triomphe Ferm (K. Saliba) 4. Diza Du Courtille (I. Stivala)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Eadshot Josselyn (R. Gatt) Ħin – 2.38.1” (1.13.9”) 2. Pokemon As (J.P. Polidano) 3. Aster Des Caillons (Ch. Degiorgio) 4. Antoine Du Bourg (R. Magro)
IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Dauphin Hibe (P. Galea) Ħin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Mystic Accident (C. Camilleri) 3. Doora (A. Farrugia) 4. Divine De Montceau (D. Baldacchino)