Fis-sigħat bikrin tat-Tnejn 9 ta’ Settembru voluntiera ta’ BirdLife Malta li qed
jipparteċipaw fir-Raptor Camp annwali, osservaw u ffilmjaw Arpa (Osprey) protetta tinqatel b’tiri ta’ senter f’Birzebbuġa.
Dan wara li lejliet, erba’ arpi ġew osservati fl-inħawi tal-Buskett. Wara l-inċident BirdLife Malta ċemplet minnufih 119, fejn l-ewwel tweġiba li ingħatat kienet li t-Taqsima tal-Ħarsien tal-Ambjent (EPU) fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta ma
kinitx disponibbli.
Wara t-tielet telefonata, sar kuntatt mal-unit responabbli u ngħata d-dettalji. Sa issa mhux maghruf jekk instabux l-għasfur li nqatel u l-kaċċatur responsabbli. In-nuqqas ta’ infurzar fil-gżejjer Maltin u Għawdxin, qed iwassal għal nuqqas ta’ rispett lejn il-liġi minn kaċċaturi li jisparaw lejn għasafar protetti.
Din hija r-raġuni għaliex Malta qed tiffaċċja proċeduri ta’ ksur ta’ liġi mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjoni. BirdLife Malta tħeġġeġ lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta biex jieħu bis-serjetà l-ħarsien talambjent, b’mod partikolari l-liġijiet tal-protezzjoni tal-għasafar.
Tħeġġeġ għal presenza ikbar tal-EPU b’riżorsi adegwati u motivazzjoni biex taġixxi malajr u b’mod deċiżiv f’ċirkostanzi bħal dawn, waqt stagun miftuħ għall-madwar 10,000 kaċċatur.