Tuesday, February 10, 2026

Arrestat b’rabta ma’ attentat ta’ serqa minn ħanut

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena residenti Birkirkara ġie arrestat wara investigazzjonijiet b’rabta ma’ attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara stess.

Is-serqa kienet seħħet fit-30 ta’ Jannar illi għadda, meta għal xi l-10:00 a.m.,
raġel daħal f’ħanut fi Triq il-Wied u hedded lill-impjegat b’sikkina. L-impjegat irnexxielu jiddefendi ruħu u l-ħalliel ħarab minn fuq il-post mingħajr ma seraq xejn.

Mill-investigazzjonijiet illi saru, il-Pulizija identifikat l-allagat ħalliel u ġie arrestat ilbieraħ. Aktar kmieni llum, ir-raġel tressaq b’arrest fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Ingrid Bianco LL.D fejn kien akkużat bl-attentat ta’ serqa, u li żamm persuna kontra l-volontà tagħha, fost oħrajn.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi, bis-sentenza mistennija tingħata fl-20 ta’ Frar li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport