Sorveljanza kontinwa mill-Pulizija fil-qalba tal-komunitajiet, fosthom fiż-żoni tad-divertiment, f’Paceville, wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 26 sena mill-Gambja wara li allegatament kienqiegħed ibiegħ id-droga.
Tard il-Ġimgħa filgħaxija, waqt li żewġ kuntistabbli kienu fuq ronda fi Triq Santu Wistin, lemħu raġel jitlajja quddiem stabbiliment. Hekk kif avviċinawh, huwa deher jarmi pakkett taħt vettura, irreżista l-arrest, b’konsegwenza li wieħed mill-pulizija sofra ġrieħi ħfief.
Fil-pakkett instabu qratas ta’ sustanza suspettata droga kokaina u kannabis, allegatament lesti biex jiġu ttraffikati.
Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tal-10:00a.m, quddiem il-Maġistrat Abigail Critien