Operazzjoni ta’ iżjed minn 17-il siegħa u li fiha saru diversi tentattivi ta’ negozjati mal-allegat aggressur tal-omiċidju ta’ Bernice Cassar, waslet fi tmiemha għall-ħabta tas-2:30 a.m.
Il-Pulizija sgassaw u daħlu fl-appartament tal-allegat aggressur fil-Qrendi, fejn hemmhekk ġew sparati numru ta’ flash blanks u r-raġel ġie arrestat fi ftit ħin.
Fuq il-post il-pulizija sabet ukoll l-arma li x’aktarx kienet intużat fl-omiċidju.
Filwaqt li r-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi waqt li sar l-arrest, huwa xorta waħda ġie assistit minn tim mediku tal-ambulanza li kien fuq il-post.