Saturday, December 21, 2024

Arrestat wara li naqas milli jagħti d-dettalji lill-Pulizija waqt protesta fil-Belt

Aqra wkoll

Persuna kienet arrestata wara li fi protesta li żvolġiet quddiem il-bini tal-Parlament fil-Belt kien hemm nuqqas ta’ ħarsien tal-miżuri tal-Covid-19.

Dan is-sit jinsab infurmat li fi protesta favur id-drittijiet tal-bniedem, fejn fost talbiet oħra li saru kien hemm dik għat-tneħħija tal-maskra, kien hemm persuni li naqsu milli josservaw l-miżura tal-ilbies tal-maskra.

Fost għajtiet oħra minn dawk preżenti kien hemm is-sejħa biex il-poplu “jitħalla jieħu n-nifs” u dan hekk kif dawk preżenti saħqu li mhuwiex ġust li l-ilbies tal-maskra jkun obbligatorju bil-liġi.

Intant kelliem għall-Pulizija kkonferma magħna li meta uffiċjali li marru fil-post biex iħarsu s-sigurtà tal-protesta u jaraw li kollox isir bil-permessi neċessarji, il-Pulizija wettqu dmirhom u bdew jinħarġu multi fil-konfront ta’ dawk mingħajr maskra.

Persuna minnhom naqset milli tagħti d-dettalji lill-Pulizija u għalhekk dan kellu jittieħed lejn l-għassa sakemm tkun tista’ tinħareġ is-sanzjoni fil-konfront tiegħu.

Ekonomija

4 KUMMENTI

  1. Naqbel ghax il pulizija wetqu dmirhom Jekk hemm ligi qeda ghal kulhadt listess u saret ghal gid tal poplu Malti u Ghawdxi u ghal kul min jigi fpajjizna .

Comments are closed.

Sport