Friday, July 26, 2024

Arrestat wara li nqabad fil-fatt jitraffika d-droga

Aqra wkoll

Aliou Tijane Wade, Franċiż ta’ 27 sena ġie tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll li fil-pussess tiegħu kellu droga ecstasy u kannabis.

Il-Prosekuzzjoni mexxija mill-Ispetturi Niko Bugeja u Daryl Farr qalet li fl-14 ta’ Mejju li għadda waqt li l-pulizija kienu fuq ronda f’San Ġiljan nnutat żewġ persuni li kienu qegħdin jaġixxu b’mod suspettuż.

Il-pulizija nnutaw li minn tieqa li tagħti għal stabbiliment tax-xorb, ien hemm persuna tgħaddi xi flus lil persuna oħra. Dan tal-aħħar deher jgħaddi lura xi qratas bi trab abjad. Kien hawn li l-pulizija arrestaw liż-żewġ persuni.

Il-Franċiż filwaqt li wieġeb mhux ħati, id-difiża qalet li għalissa mhux se titlob għall-ħelsien mill-arrest. Għalhekk il-Maġistrat ordna biex jibqa’ jinżamm arrestat.

Għall-akkużat deher l-avukat tal-għajnuna legali Victor Bugeja.

Ekonomija

Sport