Raġel ta’ 30 sena mill-Mali residenti San Ġwann ġie arrestat ilbieraħ waqt rondi li saru mill-Pulizija fl-inħawi ta’ Paceville wara li nstab fil-pussess ta’ pakketti allegatament bi droga.
Kien proprju lbieraħ għall-ħabta tal-5:30 a.m meta l-Pulizija nnutaw persuna taġixxi b’mod suspettuż fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan,waqqfuh u wara li saret tfittxija fuqu, saret ukoll tfittxija f’kamra ta’ lukanda fil-viċin li kien qed jagħmel użu minna.
Fil-kamra l-pulizija sabu 18-il pakkett b’sustanza bajda suspettata droga kokaina, numru ta’ pirmli f’pakkett ieħor, 12-il pakkett b’sustanza ħadra suspettata droga kannabis kif ukoll diversi oġġetti relatati mal-bejgħ tad-droga.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
L-investigazzjonijiet fuq il-każ għadhom għaddejjin.