Sunday, December 22, 2024

Arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ teka tal-ostji fost affarijiet misruqa oħra

Aqra wkoll

Il-Pulizija fil-Ħamrun arrestat raġel ta’ 22 sena miċ-Chad wara li nstab fil-pussess ta’ diversi oġġetti misruqin.

Il-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-10:45 p.m meta l-Pulizija rċeviet rapport dwar raġel suspettuż li kien qiegħed idur ma’ karozzi pparkjati u saħansitra jipprova jisgassahom.

Mal-wasla tagħhom fuq il-post, il-pulizija ma sabux lir-raġel u minnufih komplew bit-tfittxijiet għalih. Meta kienu fi Triq Mile End, innutaw persuna li kienet taqbel mad-deskrizzjoni li ngħataw. Malli l-Pulizija avviċinawh, dan ħarab jiġri minn fuq il-post. Il-Pulizija ġrew warajh, sakemm laħquh u ġie arrestat ftit ’il bogħod. Waqt l-arrest ir-raġel ma bediex jikkopera u anke kien vjolenti fil-konfront tal-Pulizija tant li kkawża xi ġrieħi lil Kuntistabbli. Huwa ngħata l-għajnuna medika f’ċentru tas-saħħa u ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief. 

Malli kien immanettjat, il-Pulizija għamlet tfittxija fuqu u nstabu teka tal-ostji, tliet mobiles u arloġġ, fost affarijiet oħra misruqa. 

Ir-raġel ittieħed l-Għassa tal-Ħamrun u wara ġie eskortat lejn il-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport