Raġel ta’ 25 sena mill-Imsida ġie arrestat b’rabta ma’ diversi serqiet f’ħidma konġunta bejn il-Pulizija tad-distrett tal-Belt u l-Pulizija tal-komunità.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li matul dan ix-xahar, ir-raġel kisser u seraq flus minn kaxxi tad-donazzjonijiet minn numru ta’ knejjes fil-Belt u l-Furjana, kif ukoll wettaq serq minn xi ħwienet fil-Belt.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tal-ħdax tal-11:00 a.m, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella.