Mara fil-Peru kienet arrestata wara li nqabdet tbigħ ċertifikati foloz li juru li persuna tkun fieqet mill-Covid-19. L-aktar fil-mira ta’ dan it-tpartit kienu dawk is-sidien ta’ negozji li għamlu minn kollox biex ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jaħdmu.
Skont ir-regoli maħruġa mis-Sindku George Forsyth, in-negozjanti kienu jeħtieġu dan iċ-ċertifikat li juri li huma mnaddfa minn kull forma ta’ dan il-virus biex ikunu jistgħu jaħdmu.
Jidher li l-mara kienet qiegħda tbigħ dawn iċ-ċertifikati għal madwar €13. Hija nqabdet fil-fatt u ġiet arrestata fil-post.