Wednesday, December 25, 2024

Arrestati 13-il ġuvni fl-Eġittu wara li taw fastidju lil turisti nisa fil-piramidi

Aqra wkoll

Il-prosekuturi fl-Eġittu ordnaw l-arrest ta’ 13-il ġuvni ta’ bejn it-13 u l-15-il sena fuq suspett li taw fastidju lil żewġ turisti barranin nisa fil-piramidi ta’ Giża.

L-Eġizzjani esprimew ir-rabja tagħhom fuq il-midja soċjali l-ġimgħa li għaddiet wara li ġie ċċirkolat filmat li wera grupp ta’ żgħażagħ jaqbdu man-nisa f’dan is-sit arkeoloġiku. 

Iż-żgħażagħ qalu li riedu biss jieħdu ritratti mat-turisti u ma kellhomx l-intenzjoni li jdejquhom. Huma se jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni tal-minorenni sakemm titlesta l-investigazzjoni. 

Fi stqarrija, il-Prosekuzzjoni qalet li l-ilment kien tressaq minn gwida tat-turisti li akkużat lis-subien b’fastidju verbali u fiżiku, aktar milli n-nisa nfushom. 

Fil-filmat, li huwa twil 35 sekonda, il-gwida tinstema’ tilmenta li s-subien Eġizzjani qed “jiġru wara l-barranin” u tgħid li l-Ministru tat-Turiżmu għandu jkun konxju ta’ dak li qed jiġri. 

Is-subien jidhru bil-mobiles f’idejhom waqt li jduru madwar in-nisa, li ppruvaw jaħarbu. Waħda min-nisa pprovat timbotta wieħed minnhom wara li ieħor allegatament deher imissha minn wara. 

Ekonomija

Sport