Friday, May 3, 2024

Arrestati 29 immigrant li nstabu jgħixu fil-Ħamrun u fil-Marsa illegalment

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat komplew l-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari fil-Ħamrun u fil-Marsa.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, sabu 29 persuna li kienu qegħdin jgħixu Malta b’mod irregolari.

Dawn il-persuni – mis-Senegal, il-Ghana, il-Gambja, l-Afganistan, is-Senegal, il-Mali, l-Eġittu u s-Sirja – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.

Il-Pulizija flimkien mal-awtoritajiet qed jinvestigaw ukoll lil min ħaddimhom u min krielhom il-proprjetà.

Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.

Sport