Aktar kmieni llum, il-pulizija komplew b’ kontrolli ta’ rutina tat-traffiku, fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar, fejn twaqqfu iżjed minn 45 vettura.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet, 31 persuna ġew miżmuma wara li nstabu jirrisjedu fil-pajjiż b’mod irregolari, żewġ xufiera nstabu jsuqu mingħajr liċenzja valida, filwaqt li sitt xufiera oħra ġew imħarrka b’rabta ma’ irregolaritajiet diversi.
Jassistu lill-Pulizija f’dawn il-kontrolli kien hemm ukoll uffiċjali minn Transport Malta, l-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni, Identità u JobsPlus.
Din il-ħidma koordinata f’oqsma varji ser tissokta fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.