Sunday, November 24, 2024

Arrestati 40 immigrant wara rejd ieħor kontra l-immigrazzjoni irregolari

Aqra wkoll

Fit-tielet rejd li sar fi ftit jiem kontra l-immigrazzjoni rregolari, uffiċjali wettqu spezzjonijiet fil-Marsa, fil-Ħamrun u f’Ħ’Attard u ġew arrestati mal-40 persuna.

Matul dawn l-ispezzjonijiet ġew issiġillati propjetajiet u anke ġie maqtugħ is-servizz tad-dawl u l-ilma.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri qal li dawn ir-rejds qed isiru bħala parti minn pjan tal-istess awtoritajiet li permezz tiegħu qed jattakkaw l-immigrazzjoni rregolari u allura dawk il-persuni li qed jgħixu f’pajjiżna b’mod illegali.

Huwa żied jgħid li permezz tagħhom qed jintbagħat messaġġ ċar u sod li pajjiżna mhuwiex miftuħ għal dawk li ma josservawx il-liġi. Fil-ġimgħat li ġejjin din il-ħidma se tissokta u tissaħħaħ, u ser ikunu qed ikomplu jsiru għadd ta’ operazzjonijiet simili madwar il-pajjiz.

“Dan sabiex l-awtoritajiet ikomplu jiġġieldu l-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari, bħala parti minn strateġija mibnija fuq il-prevenzjoni, ir-ritorn u r-rilokazzjoni”, temm jgħid Camilleri.

Sport