Kmieni dalgħodu komplew l-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari f’pajjiżna, fil-Ħamrun, il-Marsa u Santa Venera.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni u kif ukoll dawk mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, sabu 28 persuna li kienu qegħdin jgħixu Malta b’mod irregolari.
Dawn il-persuni – mis-Senegal, il-Ghana, il-Gambja, il-Mali, il-Bangladesh, Somalia, Eritrea, Nigeria, Pakistan u s-Sirja – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.
Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.