Saturday, December 21, 2024

Arrestati ħames persuni b’rabta ma’ evażjoni ta’ €62 miljun f’taxxi

Aqra wkoll

Ħames persuni qed jinżammu arrestati b’rabta ma’ investigazzjoni li saret dwar evażjoni ta’ €62 miljun f’taxxi.

Skont rapport maħruġ mit-Times of Malta ntqal li dawn il-persuni jaħdmu fis-settur tan-negozju u li fost l-arrestati hemm kuntrattur minn Ħaż-Żebbuġ. Intqal ukoll li l-arrest sar ilbieraħ filgħaxija u li dalgħodu qegħdin jiġu interrogati mill- Iskwadra tar-Reati Finanzarji.

L-istess ġurnal qal li n-negozju għandu x’jaqsam mat-toroq, mal-agrikoltura u mal-propjetajiet.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…

Ekonomija

Sport