Il-Pulizija tkisser grupp ta’ kriminalità organizzata b’rabta ma’
importazzjoni u traffikar ta’ droga. Wara diversi ġimgħat ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet u permezz ta’ ‘Intelligence-Led Policing’, is-Sibt, il-Pulizija kissret grupp ta’ kriminalità organizzata ta’ importazzjoni u traffikar ta’ droga madwar l-Ewropa.
Bl-informazzjoni kollha miġbura, is-Sibt filgħodu, il-pulizija ċċirkondaw blokka ta’
appartamenti fi Triq Alfred Craig, Tal-Pietá. Minn dawn l-appartamenti, il-pulizija arrestaw tlitt irġiel u mara, kollha mir-Rumanija, filwaqt li elevat mal-10 kilogramma ħaxixa tal-kannabis, b’valur fis-suq ta’ madwar €150,000.
Intant, Rumen ieħor ġie arrestat minn lukanda fil-Gżira. L-irġiel arrestati għandhom 36, 40 u 44 sena, u l-mara għanda 33 sena, rispettivament.
Huma qed jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana u mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat Dr Marsanne Farrugia