Wednesday, December 25, 2024

Arrestati żewġ persuni b’rabta ma’ sensiela ta’ serq minn djar

Aqra wkoll

Il-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri arrestat żewġt irġiel mill-Georgia ta’ 38 u 45 sena, b’rabta ma’ sensiela ta’ serq minn residenzi privati. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li fl-aħħar xhur seħħew mill-inqas 15-il serqa, f’diversi lokalitajiet madwar Malta. Il-mira, djar privati fil-ħin li ma kien hemm ħadd ġewwa. Fost l-oġġetti misruqa, ġojjellerija, ħwejjeġ, fwieħa u flus kontanti, fost oħrajn. 

L-investigazzjonijiet wasslu biex il-Pulizija tidentifika żewġ persuni li allegatament wettqu dawn is-serqiet u anke fejn kienu qegħdin jgħixu. Kien għalhekk li l-Ġimgħa waranofsinhar, il-Pulizija ċċirkondat residenza f’Ħaż-Żabbar u ġew arrestati ż-żewġt irġiel li jiffurmaw parti minn allegat ċirku ta’ kriminalità organizzata internazzjonali. Minn tfittxija li saret fil-post fejn sar l-arrest, il-Pulizija elevat ħafna mill-affarijiet li ġew irrapportati misruqa. 

L-irġiel se jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tal-11.00a.m. quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli, mill-Ispetturi Christina Delia u Joseph Mercieca mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u l-Ispettur Ryan Vella tad-Distrett.

Ekonomija

Sport