Tuesday, December 24, 2024

Arrigo jgħid li minkejja kollox il-PN irreġistra profitt

Aqra wkoll

F’kumment li ppubblika fuq il-midja soċjali d-Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista tenna li l-Partit Nazzjonalista għamel profitt.

Dan, tenna Robert Arrigo, minkejja li ġew ikkanċellati żewġ maratoni ta’ ġbir ta’ fondi, waħda minnhom kaġun tas-sitwazzjoni interna fi ħdan il-partit u l-oħra kaġun tal-pandemija tal-Covid-19.

Huwa qal li minkejja dan il-kontijiet awditjati tal-PN qed juru profitt.

Mhux talli hekk talli l-PN għandu bi €36 miljun f’assi.

Arrigo rreferae wkoll għall-midja tal-Partit Nazzjonalista li sas-sena li ġejja mhux mistennija tibqa’ tagħmel telf.

Fl-istess waqt qal li s-sistema taċ-ċedoli kompliet u issa laħħqet il-500 kuntratt, b’4% ta’ rata ta’ investiment pagabbli fis-sena.

Arigo temm jgħid li l-PN laħaq dan it-tragward minkejja d-diffikultajiet kollha, “u kburin”.

Ekonomija

Sport