Arsenal, Barcelona u Liverpool kollha qed iżidu l-interess tagħhom fl-attakkant ta’ PSV Eindhoven, Cody Gakpo.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena gawda minn staġun produttiv ħafna mal-ġganti tal-Eredivisie, fejn skorja 16-il goal u pprovda 15-il assist fi 38 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Gakpo ffirma ftehim ġdid ma’ PSV biss f’Jannar, bl-internazzjonali Olandiż mhux se jsir free agent sa tmiem l-istaġun 2025-26.
Madankollu, il-wirjiet ta’ Gakpo b’mod mifhum ġibdu l-attenzjoni minn madwar l-Ewropa, u Arsenal, Liverpool, Barcelona u Bayern Munich lesti jaċċelleraw l-insegwiment tagħhom f’dan il-player.
Il-ftehim il-ġdid ta’ Gakpo ma’ PSV ma jinkludix klawsola ta’ release, iżda se jiġu kkunsidrati offerti raġonevoli – maħsuba li jkunu ta’ madwar £35m jew aktar.
Gakpo rreġistra total ta’ 37 goal u 33 assist f’125 partita għal PSV minn mindu daħal fl-akkademja tagħhom iżda tilef ir-rebħa tal-Ħadd kontra Fortuna Sittard minħabba injury.