Saturday, December 21, 2024

Arsenal b’diskussjonijiet informali ma’ Diego Costa

Aqra wkoll

Arsenal kellhom diskussjonijiet informali ma’ Diego Costa dwar ritorn fil-Premier League.

Il-player ta’ 33 sena qed jinnegozja l-ħruġ tiegħu minn ma’ Atletico Mineiro, u mistenni jkun liberu li jingħaqad ma’ club ieħor matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Il-Gunners huma ħerqana li jsaħħu l-għażliet tagħhom fl-attakk fost l-inċertezza dwar il-futur ta’ Pierre-Emerick Aubameyang, filwaqt li Eddie Nketiah u Alexandre Lacazette huma t-tnejn bla kuntratt dan is-sajf.

It-team ta’ Mikel Arteta huwa wieħed minn numru ta’ clubs li għandhom taħditiet informali mal-internazzjonali Spanja dwar ritorn fil-Premier League.

Costa lagħab fl-Ingilterra ma’ Chelsea bejn l-2014 u l-2017, fejn skorja 59 goal f’120 dehra mal-club qabel ma rritorna ma’ Atletico Madrid.

L-attakkant ċentrali ta’ esperjenza rebaħ żewġ titli tal-Premier League u League Cup waqt iż-żmien tiegħu fi Stamford Bridge.

Costa, li hu maħsub ukoll li għandu offerta fuq il-mejda minn Cadiz, skorja ħames goals u rreġistra assist wieħed fi 19-il dehra għal Atletico Mineiro.

Ekonomija

Sport