Arsenal jinsabu favoriti għall-akkwist tal-attakkant ta’ Fiorentina, Dusan Vlahovic.
L-internazzjonali Serb kien f’forma impressjonanti għall-club Taljan tiegħu matul l-istaġun 2021-22, u sab ix-xibka fi 18-il okkażjoni fi 22 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Vlahovic qed jirrifjuta li jiffirma ftehim ġdid ma’ Fiorentina, jiġifieri jista’ jinbiegħ din is-sena, bil-kuntratt tal-attakkant jiskadi fis-sajf tal-2023.
Arsenal għadhom marbutin b’mod qawwi mas-Serb, għalkemm ġie ssuġġerit li l-attakkant jixtieq jingħaqad ma’ clabb bi proġett aktar ‘ambizzjuż’.
Juventus, Tottenham Hotspur, Manchester United u Manchester City huma fost it-timijiet l-oħra maħsuba li qed iżommu ħarsithom fuq is-sitwazzjoni ta’ Vlahovic.
Madankollu, Arsenal għadhom fl-aktar pożizzjoni b’saħħitha biex jiffirmaw lill-ex player ta’ Partizan.
Il-Gunners huma maħsuba li dan l-aħħar offrew lil Fiorentina £46m flimkien mal-midfielder tal-Urugwaj Lucas Torreira għall-firma ta’ Vlahovic.