Arsenal għandhom fiduċja li eventwalment se jkunu jistgħu jiftiehmu dwar kuntratt ġdid fit-tul ma’ Mikel Arteta.
Minkejja li ġarrab bidu kajman fl-Emirates Stadium, l-Ispanjol irnexxileu jdawwar il-fortuni ta’ Arsenal, u mexxa lill-Gunners f’pożizzjoni fejn huma favoriti li jirritornaw fiċ-Champions League.
Madankollu, l-impatt tal-manager ta’ 39 sena mal-club mit-Tramuntana ta’ Londra allegatament irriżulta f’ammiraturi li minn clubs oħra, inkluż minn Paris Saint-Germain li jistgħu jeħtieġu sostitut għal Mauricio Pochettino.
Madankillu, huwa mifhum li l-Gunners ftit għandhom tħassib li xi interess minn Franza se jwaqqafhom milli jżommu s-servizzi ta’ Arteta fit-tul.
Il-kuntratt tal-Ispanjol għandu jiskadi fl-2023, iżda l-probabbiltà hi li l-Arsenal iżidu l-isforzi tagħhom biex jgħaddu kundizzjonijiet ġodda lil Arteta jekk jassiguraw post fiċ-Champions League fil-ġimgħat li ġejjin.
Arteta rebaħ 65 mill-119-il partita tiegħu fit-tmexxija ta’ Arsenal, u mexxa wkoll lill-club għar-rebħ tal-FA Cup fl-2020.