Thursday, October 10, 2024

Arsenal ħallsu £7m biex temmew il-kuntratt ta’ Pierre-Emerick Aubameyang

Aqra wkoll

Arsenal ħallsu £7m biex temmew il-kuntratt ta’ Pierre-Emerick Aubameyang u ħallewh jingħaqad ma’ Barcelona.

Il-player ta’ 32 sena ma lagħabx minuta waħda għal Arsenal wara li tneħħa minn captain f’Diċembru, u Barcelona ħabbru uffiċjalment il-wasla tiegħu nhar l-Erbgħa.

Arsenal temmew il-ftehim ta’ Aubameyang – li kellu jibqa’ għaddej sas-sajf tal-2023 – sabiex ineħħu l-paga tiegħu ta’ £350k fil-ġimgħa mill-kotba tagħhom, iżda l-Gunners ma għamlux dan mingħajr ma ħadu daqqa finanzjarja.

Fil-fatt, Arsenal se jkunu meħtieġa li jħallsu £7m lil Aubameyang talli m’onorawx il-kuntratt tiegħu, bil-Gunners lesti li jagħmlu dan bin-nifs aktar milli jħallsu somma f’daqqa.

L-ex player ta’ Borussia Dortmund iffirma kuntratt ta’ tliet snin u nofs ma’ Barcelona, ​​li għandu klawsola ta’ release ta’ €100m (£83.3m), u hu maħsub li ħa tnaqqis sinifikanti fil-paga sabiex imur jilgħab fil-Katalunja.

Aubameyang ħalla lil Arsenal wara li skorja 92 goal f’163 dehra mal-club minn Londra, u rebaħ l-FA Cup u l-Community Shield matul l-erba’ snin tiegħu fl-Emirates Stadium.

Sport