Arsenal ikkonfermaw permezz tas-siti soċjali tagħhom li għadhom kemm laħqu ftehim mad-ditta sportiva Adidas sabiex għat-tmien snin li ġejjin ikomplu jilbsu l-flokkijiet tagħhom.
“Always forward, together,” kien is-slogan li ħarġu l-Gunners wara dan il-ftehim li sar.
Fi stqarrija, id-direttur tal-kumpanija Ġermaniża, Kasper Rorsted, qal li hu ta’ pjaċir li jkomplu din il-kollaborazzjoni ma’ wieħed mill-clubs ewlenin fil-Premier League Ingliż.