Arsenal qed iħejju offerta għall-winger ta’ Manchester City, Raheem Sterling.
Il-player ta’ 26 sena tħabat biex jibda taħt Pep Guardiola fl-istaġun li għadda u Jack Grealish qed jipi utilizzat minfloku fl-Etihad Stadium minn meta ngħaqad magħhom għall-valur ta’ £100 miljun.
Sterling huwa mifhuma li qed ‘jiġġieled’ għall-futur tiegħu fl-Etihad Stadium, fejn il-kuntratt tiegħu issa fadallu ftit inqas minn sentejn, u t-taħditiet dwar estensjoni ma wasslux għal soluzzjoni pożittiva.
B’Man City potenzjalment ikunu taħt pressjoni biex ibiegħu lil Sterling jekk ma jestendix l-esperjenza tiegħu f’Manchester, Arsenal qed iżommu għajnejhom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni.
Sterling qed jitlob paga ta’ £350k fil-ġimgħa fl-Etihad Stadium, u Mikel Arteta jkun ħerqan li jerġa’ jingħaqad ma’ player li miegħu jgawdi ‘relazzjoni eċċellenti’.
Sterling beda biss tnejn mis-sitt logħbiet tal-Premier League ta’ Man City s’issa dan l-istaġun waqt li qed jipprepara biex jiltaqa’ mal-ex club Liverpool f’Anfield nhar il-Ħadd wara nofsinhar.