Saturday, December 21, 2024

Arsenal interessati f’Khvicha Kvaratskhelia

Aqra wkoll

Arsenal jinsabu interessati fl-akkwist potenzjali tal-attakkant ta’ Rubin Kazan, Khvicha Kvaratskhelia.

Bil-klabbs issa permessi li jiffirmaw players minn clubs Russi jew Ukreni wara l-invażjoni tal-Ukrajna, l-internazzjonali tal-Georgia Kvaratskhelia ġie misluf lura f’pajjiżu lil Dinamo Batumi għall-bqija tal-istaġun.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena mistenni jirritorna ma’ Rubin Kazan fis-sajf, iżda l-prospetti fit-tul tiegħu fl-ogħla diviżjoni Russa mhumiex ċari filwaqt li jkomplu għaddejjin il-kunflitti fl-Ewropa tal-Lvant.

Arsenal jistgħu potenzjalment joffru kuntratt lil Kvaratskhelia, bil-Gunners ilhom iżommu ħarsithom mill-qrib fuq l-attakkant matul l-aħħar xhur.

Madankollu, huwa mifhum li l-intermedjarji diġà qed jaħdmu fuq ftehim biex Napoli jiffirmaw lil Kvaratskhelia, li għandu valur ta’ €15m fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Kvaratskhelia skorja disa’ goals u pprovda 18-il assist fi 73 partita għal Rubin Kazan mill-2019, filwaqt li sab ix-xibka kontra timijiet nazzjonali bħal Spanja, l-Iżvezja u l-Greċja f’livell internazzjonali.

Leeds United u Tottenham Hotspur ukoll ġew ikkreditati b’interess fl-ex player misluf ta’ Lokomotiv Moscow.

Ekonomija

Sport