Thursday, December 26, 2024

Arsenal iridu jagħtu lil Eddie Nketiah kuntratt ġdid

Aqra wkoll

Arsenal huma determinati li jorbtu lill-attakkant, Eddie Nketiah, b’kuntratt ġdid qabel tmiem l-istaġun.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena daħal fl-aħħar xahrejn tal-kuntratt eżistenti tiegħu fl-Emirates Stadium u kien mistenni li jitlaq bi free transfer meta jiskadu dawk it-termini.

Nketiah tħabat biex jieħu post Pierre-Emerick Aubameyang u Alexandre Lacazette u kompla jiġi utilizzat bħala sostitut għal dan tal-aħħar wara li Aubameyang ħalla l-club biex jingħaqad ma’ Barcelona.

Madankollu, b’Lacazette jirnexxielu jiskorja biss erba’ goals fil-Premier League f’dan l-istaġun – tnejn minnhom minn penalty – Nketiah beda jipi utilizzat b’mod regolari waqt l-assenza ta’ sieħbu minħabba l-COVID-19.

L-aqwa skorer ta’ kull żmien tat-team nazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena kien kiseb lura l-fiduċja tal-manager Spanjol tal-Gunners, Mikel Arteta, meta skorja erba’ goals f’ħames partiti fil-Premier League, meta skorja żewġ doppjetti konsekuttivi kontra Chelsea u Leeds United rispettivament.

Ekonomija

Sport