Saturday, December 21, 2024

Arsenal iridu jiffirmaw lil Georginio Wijnaldum

Aqra wkoll

Arsenal identifikaw lill-midfielder ta’ Paris Saint-Germain, Georginio Wijnaldum bħala mira potenzjali ta’ trasferiment għat-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Filwaqt li l-internazzjonali Olandiż ħalla biss lil Liverpool bi free transfer fis-sajf li għadda, il-bidu tiegħu fil-kapitali Franċiża ma marx kif ippjanat.

Il-player ta’ 31 sena sab ruħu ġewwa u barra mill-formazzjoni inizjali ta’ Mauricio Pochettino b’disgħa mill-21 ħarġa tiegħu fil-Ligue 1 u ċ-Champions League ġejjin minn fuq il-bank tas-sostituti.

Fi żmien meta Wijnaldum jingħad li hu miftuħ li jħalli lill-Pariġini, Arsenal qed jiżnu offerta ta’ self għall-player.

Għalkemm Arsenal m’għandhomx għażliet f’dik iż-żona tal-ground, players bħal Ainsley Maitland-Niles u Mohamed Elneny jistgħu jitilqu mill-club dan ix-xahar.

PSG x’aktarx jikkunsidraw tluq għal Wijnaldum għal żmien qasir biss jekk ma jċedux membri oħra tal-iskwadra qabel tmiem ix-xahar.

Ekonomija

Sport