Arsenal ġew infurmati li se jkollhom joħorġu b’offerta ta’ mill-inqas €45m biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Sevilla, Youssef En Nesyri, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Huwa maħsub li l-Gunners identifikaw lill-internazzjonali Marokkin bħala l-mira ewlenija, b’Alexandre Lacazette mistenni li jħalli l-Emirates Stadium f’xi stadju s-sena d-dieħla.
En Nesyri skorja darbtejn u rreġistra żewġ assists f’sitt ħarġiet għal Sevilla dan l-istaġun, filwaqt li skorja 32 goal f’84 dehra għall-Ispanjoli b’kollox.
Rapport riċenti sostna li l-club immexxi minn Mikel Arteta kien ħerqan li jiffirma lill-player ta’ 24 sena f’Jannar, iżda, se jkollhom jagħmlu offerta ta’ mill-inqas € 45m biex jikkonvinċu lil Sevilla biex ibigħuh.
Il-club mil-La Liga jinsab ‘kalm’ dwar is-sitwazzjoni, peress li l-attakkant għad fadallu erba’ snin fil-kuntratt tiegħu fl-Estadio Ramon.
En Nesyri skorja 15-il goal fi 53 dehra għal Leganes qabel ma ffinalizza t-trasferiment għal ma’ Sevilla f’Jannar 2020.