Friday, September 20, 2024

Arsenal isaħħu t-tamiet għal Declan Rice

Aqra wkoll

Arsenal qed isaħħu aktar it-tamiet li l-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ West Ham United Declan Rice jingħaqad magħhom. Il-ġimgħa l-oħra diġa’ kien hemm l-ewwel taħditiet f’Londra bejn iż-żewġ partijiet u hemm ottimiżmu min-naħa tal-Gunners li jaslu għalih. 

L-uniku intopp li s’issa qed jidher hu l-prezz eżaġerat li l-Hammers qed jitolbu lill-Gunners, dak ta’ €120 miljun.

Rice għandu 24 sena u ilu ma’ West Ham sa mis-sena 2017 u lagħab aktar minn 200 logħba.

Sport