Sunday, December 22, 2024

Arsenal isegwu lil Gianluca Scamacca

Aqra wkoll

Arsenal qed isegwu l-aħħar żviluppi madwar l-attakkant ta’ Sassuolo, Gianluca Scamacca.

Il-Gunners se jkunu fis-suq tat-trasferimetni għal difensur ċentrali ġdid qabel l-istaġun 2022-23, b’Alexandre Lacazette u Eddie Nketiah se jitilqu malli jiskadu l-kuntratti tagħhom.

Players bħal Dominic Calvert-Lewin, Alexander Isak, Darwin Nunez u Marcus Rashford kollha għadhom marbuta ma’ ċaqliq lejn l-Emirates Stadium, iżda huwa mifhum li Scamacca qed jiġbed l-interess tat-team mill-kapitali Ingliża.

Jidher li Arsenal diġà għamlu kuntatt ma’ Sassuolo biex jirreġistraw l-interess tagħhom fi Scamacca, li skorja 13-il goal fi 28 partita fis-Serie A f’dan l-istaġun.

Newcastle United u Borussia Dortmund kienu f’kuntatt ma’ Sassuolo wkoll, iżda Inter jinsabu favoriti għall-akkwist potenzjali tal-player ta’ 23 sena li għandu valur ta’ €33 miljun.

Scamacca ingħaqad fl-akkademja taż-żgħażagħ ta’ Sassuolo mingħand PSV fix-xitwa tal-2017, u l-ftehim tiegħu mat-team immexxi minn Alessio Dionisi jiskadi fl-2025.

Ekonomija

Sport